SAN BONAVENTURA

November 11th, 2019 @ 09:02 |

SAN BONAVENTURA

Il-Ħajja ta’ San Franġisk
Is-Siġra tal-Ħajja
Il-Mixja tar-Ruħ lejn Alla

(pp. 177)

Free download here

Għal sekli twal il-ħajja klassika ta’ San Franġisk miktuba minn San Bonaventura kienet l-aktar waħda magħrufa fl-Ordni Franġiskan. Bonaventura minn Bagnoregio (1217-1274), Ministru Ġeneral ta’ l-Ordni Franġiskan u Duttur fl-Università ta’ Pariġi, jagħtina dehra mistika tal-figura u l-ħajja ta’ Franġisku. Hu ma kienx jafu personalment, imma kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-ħajjiet li kienu kitbu Fra Tumas minn Celano u Fra Julian minn Speyer, kif ukoll ix-xhieda tal-patrijiet li kienu għadhom ħajjin u li kienu jafu lil San Franġisk. Din il-bijografija mhijiex biss storja ta’ ħajja ta’ bniedem qaddis. Fuq kollox hi opra mistika. Bonaventura, fil-fatt, hu qaddis mistiku kbir. Din kienet ir-raġuni li għaliha dan il-ktieb jiġbor fih mhux biss Il-Ħajja ta’ San Franġisk t’Assisi, imma wkoll żewg opri mistiċi tad-Duttur Serafiku, jiġifieri Il-Mixja tar-Ruħ lejn Alla u Is-Siġra tal-Ħajja.