SAN BERNARDIN MINN SIENA

November 11th, 2019 @ 09:02 |

SAN BERNARDIN MINN SIENA

Dawl ta’ l-Italja u ta’ l-Ordni Serafiku
Guido Schembri ofm

(pp. 82)

Free download here

San Bernardin minn Siena, hu wieħed mill-qaddisin popolari fl-Italja u fid-dinja Franġiskana. U dan għal aktar minn raġuni waħda. Qabel kollox kien “l-Imgħallem” li b’kuraġġ tal-għaġeb deher quddiem id-dinja ta’ żmienu bla tlaqlieq ixandar il-verità tal-Vanġelu. Kien jistmerr l-injuranza, li kien iqisha bħala “l-akbar għadu tar-ruħ, aktar minn kull ħaġ’oħra fid-dinja”. Kien jgħid li: “ħadd ma jgħin lix-xitan aħjar mill-injurant”. Baqa’ studjuż sa tmiem ħajtu u għadda ħajtu jippriedka u jgħallem.