KRISTU REBBIEĦ FUQ IX-XITAN

November 11th, 2019 @ 09:02 |

KRISTU REBBIEĦ FUQ IX-XITAN

Sfida Dejjem Żagħżuħa

Marcello Ghirlando ofm – David Zammit

(pp. 201)

Free download here

Permezz ta’ dan il-ktejjeb, Kristu Rebbieħ fuq ix-Xitan, Sfida Dejjem Żagħżugħa, nixtiequ anke aħna ntennu l-Aħbar it- Tajba li Ġesù Kristu hu tassew rebbieħ fuq id-dnub u l-mewt, fuq ix-xitan. U dan bil-qawwa tal-ġrajja tal-Fidwa tagħna li sseħħ bil-mewt u l-Qawmien ta’ Kristu għall-ħajja. Il-ktejjeb hu ndirizzat b’mod partikulari liż-żgħażagħ li mhux l-ewwel darba jistaqsu u jixtiequ jiċċaraw l-idejat tagħhom: fuq l-eżistenza tax-xitan fil-Bibbja, jekk huwiex veru jew le d-diskors kollu li jsir fuq is-sataniżmu u l-okkult, li kull ma jmur donnu qed isir aktar popolari; kemm huwiex veru jew le li s-sataniżmu u l-okkult jistgħu joħolqu rabtiet negattivi li jistgħu jsiru jasar; x’inhu eżorċista u x’inhi t-talba ta’ l-eżorċiżmu; id-diskors fuq fejqan u ħelsien li toffri l-Knisja f’isem Ġesù, anke fil-preżent..