KORS ĠDID – IL-BIBBJA

November 11th, 2019 @ 09:02 |

KORS ĠDID – IL-BIBBJA

“Pro Manuscripto”

Guido Schembri ofm

(pp. 213)

Free download here

Għal darb’oħra Patri Guido Schembri OFM qed jagħtina ġabra maħduma tar-riċerka u l-konferenzi tiegħu mogħtija f’dawn l-aħħar snin fil-Kummissarjat ta’ l-Art Imqaddsa fil- Belt. Miġburin flimkien huwa seta’ jagħtina din il-pubblikazzjoni, Kors Ġdid, il-Bibbja, Tagħrif dwar il-Kotba Mqaddsa. Bi stil sempliċi u komunikattiv, Patri Guido jintroduċi l-qarrej għall-Iskrittura Mqaddsa u għal dak kollu li neċessarjament għandu x’jaqsam mal-Kotba Mqaddsa. Nistgħu ngħidu li b’din il-pubblikazzjoni għandna f’idejna sintesi tajba u konċiża ta’ studji bibliċi li huma idejali ghal kull min jixtieq jintroduċi ruħu tajjeb għad-dinja Biblika u għan-numru kbir tal-Kotba Mqaddsa li flimkien jiffurmaw il-Bibbja.