IL-PROFETI

November 11th, 2019 @ 09:02 |

IL-PROFETI

Guido Schembri ofm

(pp. 90)

Free download here

L-istorja tal-Poplu l-Magħżul ta’ l-Antik Testment hija mdawwla bil-preżenza u t-tagħlim dejjem ħaj tal- Profeti. Dawn il-bnedmin, magħżula minn Alla, biex iwasslu leħnu u l-messaġġ Tiegħu lill-poplu huma dejjem attwali. Il-ħajja u l-messaġġ tagħhom jisfidana biex ma nibqgħux komdi u nduru b’aktar ħerqa lejn il-Mulej. Dan il-ktejjeb huwa strument ċkejken biex nagħrfu aħjar il-ħajja u l-ħidma tal-profeti. Huwa frott kors ieħor organizzat mill-Kummissarjat ta’ l-Art Imqaddsa fil-Gżejjer tagħna. B’dan il-ktejjeb inkomplu nġeddu l-ħidma u l-impenn tagħna favur l-Art Imqaddsa u l-Kelma ta’ Alla.