IL-FRANĠISKANI U L-IMMAKULATA

November 11th, 2019 @ 09:02 |

JOHN DUNS SCOTUS,
IL-FRANĠISKANI U L-IMMAKULATA

Tota Pulchra es Maria
150 ANNIVERSARJU MILL-PROKLA-MAZZJONI TAD-DOMMA TA’ FIDI TA’ L-IMMAKULATA (8 TA’ DIĊEMBRU 1854)

Noel Muscat ofm

(pp. 85)

Free download here

L-iskop ta’ dan l-istudju hu li juri kif id-duttrina Kattolika dwar l-Immakulata Kunċizzjoni għandha storja twila ħafna, li tmur lura għall-ewwel sekli ta’ l-eżistenza kristjana. Din l-istorja hi importanti biex nifhmu kif l-insara, sa minn żmien is-Santi Padri, kienu jemmnu bil-qawwa kollha li Marija, Omm Ġesù, li l-Konċilju ta’ Efesu fis- sena 431 iddikjaraha bħala «Theotókos», Omm Alla, ma kienx xieraq li tkun, imqar għal mument wieħed biss minn ħajjitha, imċappsa bid-dnub, la dak attwali, u saħansitra lanqas dak oriġinali. L-istorja hi xhieda tal-qima u mħabba li l-insara dejjem urew lejn Omm Alla, billi tawha l-isbaħ titli li qatt setgħu jimmaġinaw, u dejjem qisuha bħala l-verġni l- aktar safja u sabiħa, u applikaw għaliha bosta xbiehat meħudin mill-Iskrittura.