BIERKU LILL-MULEJ

November 11th, 2019 @ 09:02 |

BIERKU LILL-MULEJ

Nitolbu ma’ Franġisku u Klara t’Assisi

Noti ta’ Noel Muscat ofm

(pp. 164)

Free download here

L-iskop ta’ din il-Gwida hu li toffri l-possibiltà li wieħed iżur Assisi bil-kalma, u joqgħod hemm aktar minn jum wieħed. Għax tassew, biex tifhem lil S. Franġisk u l-messaġġ tiegħu, trid tiggosta l-postijiet li hu qaddes bil-preżenza tiegħu. Fosthom għandhom importanza kbira Assisi, il-mutanja La Verna, u s-santwarji tal-Valle Reatina. Dan il-ktejjeb jgħin lill-pellegrin biex, flimkien ma’ S. Franġisk, jgħix dawk il-ġrajjiet importanti tal-ħajja tal-“Poverello”: il-konverżjoni tiegħu, il-bidu tal-moviment li waqqaf flimkien ma’ S. Klara, il-pjagi li hu rċieva fuq La Verna fl-1224, ir-Regola tal-patrijiet tiegħu li kitibha Fontecolombo fl-1223, il-Milied li iċċelebra fi Greccio fl-istess sena. Kull santwarju jitkellem mhux biss permezz ta’ l-istorja tiegħu, imma wkoll bl-għajnuna tal-Ħajjiet Medjevali, jew Fonti Francescani, li jirrakkontaw dawn il-ġrajjiet.